Posts

Showing posts with the label Inġusta

Il-Ligi Inġusta tal-Kera f’Malta

Image
Il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta, stat membru tal-Unjoni Ewropea, qed jikser id-drittijiet ta’ grupp żghir ta ’ ċittadini billi jġegħelhom jikru l-proprjetajiet taghħom b ’ rati ferm aktar baxxi minn dak li ċittadini oħra qegħdin jaqilgħu fis-suq. Il-Qorti Ewropea fil-Kaz ta’ Buttigieg et vs Malta; Applikazzjoni Nru 22456/15 (http://hudoc.echr.coe.int/eng?i=001-188275) iddikkjarat li f'sitwazzjoni fejn il-predeċessur fit-titolu tal-applikanti kien għexieren ta' snin qabel daħal konxjament fi ftehim ta' kera b'restrizzjonijiet rilevanti (speċifikament li tista’ tiżdied il-kera jew tintemm il-kera), dan ma setax f’dak iż-żmien ikollu idea cara fuq l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-proprjeta’ fid-deċennji tas-snin ta’ wara. Il-Qorti ddikjarat ukoll li barra minnhekk, dawk l-applikanti, li kienu wirtu proprjeta’ li kienet diġa ġiet soġġetta ghal kera, ma kellhomx il-possibbilta’ li jiffissaw il-kera huma stess (jew li jtemmu l-ftehim liberament). Minn dan isegwi li m...