Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jisforza liċ-ċittadini privati biex jagħmlu xogħol id-dipartiment tiegħu
Dan l-artikolu jiddiskuti l-liġijiet tal-kera inġusti. Biex tiffamiljarizza ruħek mas-suġġett u tifhem kif grupp ta’ ċittadini qed jiġu immirati b’mod inġust mill-Gvern ta’ Malta, żuru l-paġna https://www.alanbonnici.com/2021/06/il-ligi-ingusta-tal-kera-fmalta.html . Sors: Ritratt DOI Fil-5 ta' Ġunju l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, ftaħar li mill-2017 sa dak inhar in-numru ta' nies fuq talba ghal Akkomodazjoni Soċjali naqas b’42%. Din hija kisba kbira meta wieħed jikkonsidra li fuq period ta’ madwar 5 snin, kważi 1,400 persuna m'għadhomx fuq il-lista ta' stennija. Kisba veru impressjonanti! Wieħed irid jikkumplimenta l-isforzi tal-Gvern talli kkonvinca 160 familja jieħdu self soċjali sabiex jixtru l-d-dar li kienu qeghdin jikru. Dan sar permezz tal-iskema Home Assist. Proset Ministru! Għaliex l-isforz biex jgħin persuni jsiru sidien tad-djar mhuwiex applikat bl-istess mod għal dawk fil-proprjetajiet tal-kiri ta' qabel l-1995? Inizzjatti...